In this Australian federal legislature, and the one before, both led by the Liberal-National coalition, sometimes declarations are made, indicative of a thinking that the administration should have the right to take all decisions, without review.
This argument has wide ranging implications. If we don't want decisions by unelected people, why not do away with the AAT altogether?
Why not remote the Ombudsman as well? Well actually we can let him/her let off steam, or simply ignore him/her, given the decisions can be considered advice only!
If we had to extract a principle from Tony Abbott's reasoning, it is that Ministers should have the final say in decisions that are taken. Is this what citizens want?
It is true that decisions can be taken to Court, however this generally looks at the application of law, not the merits of the matter.
In other words, these government elements are exerting pressure on courts to provide harsher sentences, especially in cases linked to terrorism, even if a few days later their comments were taken back. Naturally, I appreciate the disgusting problem of terrorism and the need to fight it, however is it good for our country's leaders to pass comments that diminishes faith in our justice institutions?
It's true that this kind of pressure is not new, however the so-called 'western' democratic countries generally boast about the independence of certain country institutions and judiciary.
I have to say I feel uncomfortable hearing this kind of criticism, which I would expect more from an autocratic country.
---------------------------
F'din il-leġislatura federali fl-Awstralja, u f'ta' qabilha, it-tnejn immexxija mill-Koalizzjoni tal-Partit Liberali u dak Nazzjonali, kultant isiru stqarrijiet indikattivi ta' tendenza ta' ħsieb li l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tieħu d-deċiżjonijiet kollha, mingħajr ma jkun hemm possibiltà ta' reviżjoni aħħarija ta' dawn id-deċiżjonijiet.
Dan hu argument b'implikazzjonijiet wiesgħa ħafna. Jekk ma rridux deċiżjonijiet minn nies mhux eletti, għax ma nneħħux lit-tribunal AAPT għal kollox?
Għax ma nneħħux l-Ombudsman ukoll? Le, għidli, lil dan dejjem nistgħu inħalluħ iħambaq, jew sempliċement ninjorawh, ladarba d-deċiżjonijiet tiegħu huma kkunsidrati pariri biss!
Jekk irridu noħorġu prinċipju mill-argument ta' Tony Abbott, dan hu li l-Ministri għandu jkollu l-aħħar kelma fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Aħna ċ-ċittadini hekk irridu?
Veru li d-deċiżjonijiet jistgħu jittellgħujitressqu għall-kunsiderazzjoni tal-Qorti, imma din tħares ġeneralment lejn l-applikazzjoni tal-liġi, mhux lejn il-merti.
Fi kliem ieħor, dawn l-elementi tal-gvern qed jagħmlu pressjoni fuq il-qrati għal sentenzi iktar ħorox, speċjalment f'każijiet li għandhom x'jaqsmu mat-terroriżmu, anke jekk ftit jiem wara irtiraw il-kummenti tagħhom. Naturalment, jien napprezza l-problema skifuża tat-terroriżmu u l-bżonn li din tiġi miġġielda, imma huwa tajjeb li l-mexxejja tal-pajjiż jgħaddu kummenti li jnaqqsu fil-fiduċja fl-istituzzjoni tal-ġustizzja?
Veru li pressjoni ta' dan it-tip mhux minn ewl id-dinja, imma l-pajjiżi demokratiċi hekk imsejħa 'tal-punent' ġeneralment jiftaħru bl-indipendenza ta' ċerti istituzzjonijiet tal-pajjiż u tal-ġudikatura.
Nistqarr li ma nħossnix komdu nisma' bi kritika ta' dan it-tip, li iktar nistennih minn pajjiż awtokratiku.
1http://www.ombudsman.gov.au/about/office-of-the-commonwealth-ombudsman, retrieved 13/6/2017
2http://www.aat.gov.au/about-the-aat/what-we-do, retrieved 13/6/2017
3Administrative Appeals Tribunal Act 1975, No. 91
4http://www.abc.net.au/news/2017-06-13/federal-government-says-victoria-is-weak-on-terrorism/8612496, retrieved 13/6/2017
1http://www.ombudsman.gov.au/about/office-of-the-commonwealth-ombudsman, retrieved 13/6/2017
2http://www.aat.gov.au/about-the-aat/what-we-do, retrieved 13/6/2017
3Administrative Appeals Tribunal Act 1975, No. 91
4http://www.abc.net.au/news/2017-06-13/federal-government-says-victoria-is-weak-on-terrorism/8612496, retrieved 13/6/2017
No comments:
Post a Comment